Barcelona qed jikkunsidraw lil Philippe Coutinho

    Barcelona jinsabu interessati li jagħmlu offerta għall-midfielder internazzjonali Brażiljan ta' Liverpool, Philippe Coutinho, matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

    Is-settur ta' nofs il-ground tal-Katalani għall-istaġun li ġej għad jirid jigi ssetiljat, b'Andres Iniesta jidher li se jkun qed iħalli lill-Katalani fi tmiem l-2018 fejn Coutinho u l-istilla ta' PSG, Marco Verratti, huma l-aqwa kandidati biex jieħdu post dan il-player leġġendarju.