Theresa May mistennija tipproċedi sabiex iseħħ il-Brexit

    Il-Prim Ministru Theresa May nhar l-erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla mistennija tgħarraf lill-UE dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Ewropa.

    Tħabbar li May mistennija tikteb ittra lill-Kunsill Ewropew li tinkludi fiha t-termini u l-kundizzjonijiet tat-trattat tal-ħruġ u r-relazzjonijiet fil-futur sabiex b’hekk ikun jista’ jibda l-proċess. 

    Dan wara li 9 xhur ilu sar ir-referendum u l-poplu qabel b’vot ta’ 51.9% favur il-ħruġ mill-UE.

    Jekk kollox imur kif mistenni skont l-Artiklu 50, Brexit mistenni jseħħ f’Marzu 2019.