"Perikli għat-tfal li bi ftit manutenzjoni jistgħu jkunu evitati"

    “Tkun ħasra kbira li bandli bħal dan jitħalla fi stat perikoluż. Għadd ta’ familji jżuru dan il-bandli bit-tfal tagħhom speċjalment fi ġranet sbieħ xemxin.” Hekk stqarr ma Inewsmalta ġenitur li għamel kuntatt magħna sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet konċernati dwar “Perikli li bi ftit manutenzjoni jistgħu jkunu evitati”.

    Il-ġenitur li jieħu pjaċir li jieħu it-tifel f'dan il-Ġnien Pubbliku ta’ Pembroke qalilna li dan il-bandli huwa bandli li jiġbed diversi familji, iżda li l-folja jaf tinqaleb jekk ma ssirx manutenzjoni f'xi partijiet minnu.

    “Taħseb li dan is-sadid jagħmel sens f’post li jilqa’ fih tfal ta’ età żgħira li moħħhom biex imissu ma kollox sabiex jesploraw affarijiet ġodda?” Kompla biex jgħid dan ir-raġel.

    Huwa kkonkluda jgħid li jista’ jkun li l-awtoritajiet konċernati ma kinux mgħarrfa b’dawn il-perikli u b’hekk jittama li ladarba jasal l-messaġġ tittieħed azzjoni sabiex postijiet rikreattivi bħal dan il-bandli jkomplu jiġbdu lejhom ħafna aktar nies.