Rio Ferdinand żvela kif intefa' jixrob wara l-mewt ta' martu

    Rio Ferdinand żvela kif intefa' jixrob wara l-mewt ta' martu u ammetta li jista' jifhem għaliex in-nies iwettqu suwiċidju.

    L-ex player ta' Manchester United u difensur internazzjonali Ingliż, kellu jieħu ħsieb lit-tlett itfal, Lorenz ta' 10 snin, Tate ta' 8 snin u Tia ta' 5 snin meta mietet il-mara tiegħu, Rebecca, wara ġlieda mal-marda tal-kanċer sentejn ilu.

    L-ex player tal-Premier League qal li l-lum jirrealiza "li nilgħab il-football kienet mixja fil-kampanja ħdejn li rrid ngħid lit-tfal li ommhom mhux ġejja lura.  Qatt ma għaddejt minn esperjenza daqshekk diffiċli emozzjonalment.  Xi kultant taħseb li għandek is-sitwazzjoni f'idejk, it-tfal jinsabu fis-sodda iżda int ma tistax torqod u ma trid taħseb fuq xejn. U hemmhekk jibdew il-problemi. Jien qatt ma fhimt is-suwiċidju.”