Cesare Prandelli jirrfjuta lil Leicester City

    L-ex coach tat-team nazzjonali Taljan u Valencia, Cesare Prandelli, żvela li kien mitlub minn Leicester City biex ikun il-coach li jieħu post Claudio Ranieri.

    Prandelli tenna "ma stajtx ningħaqad ma' Leicester meta rajt il-mod kif ittrattaw lil Ranieri. Għidt le.

    “Avviċinawni iżda għidt le. M’inix sejjer ma' club wara li rajt il-mod kif imxew ma' Ranieri. Meta coach għamel rebħa memorabbli u kiseb titlu straordinarju u mbagħad jiġi mkeċċi wara ftit xhur, iġiegħlek tirrifletti sew fuq din is-sitwazzjoni."