Player ta' Huddersfield Town iweġġa‘ serjament

    Il-midfielder ta' Huddersfield Town, Jonathan Hogg, jinsab l-isptar għal testijiet wara li weġġa' għonqu serjament fit-telfa kontra Bristol City.

    Wara tmien minuti logħob, Hogg kellu daħla kerha ma' sieħbu Mark Hudson fejn kellu jingħata trattament mediku għal diversi ħin.

    Ir-referee kellu jagħti 14-il minuta ta' ħin miżjud f'din il-logħba taċ-Championship.

    Hogg ta' 28 sena baqa' konxju u jitkellem waqt dan l-inċident. Hu ttieħdulu bosta x-rays u sarulu testijiet oħra.

    Hogg deher jaħbat u jaqa’ fuq sider sieħbu Mark Hudson, fejn waqa' mal-art u l-players tat-team oppost ġibdu l-attenzjoni tal-uffiċjal tal-logħba għal għajnuna medika.