Kostas Manolas fil-mira ta' bosta clubs

    Liverpool, Manchester United u Arsenal, kollha qed isegwu mill-viċin lid-difensur ta' Roma, Kostas Manolas. 

    Il-coach ta' Liverpool, Jurgen Klopp, huwa ammiratur kbir ta' dan il-player.

    Din mhix l-ewwel darba li l-player internazzjonali Grieg ġie assoċjat ma' xi team tal-Premier League.

    Fis-sajf li għadda, Chelsea, Everton u Arsenal, kienu f'taqtiegħa biex jiksbu s-servizzi ta' dan il-player.

    Il-player ta' 25 sena jinsab taħt kuntratt ma' Roma sa Ġunju 2019, iżda l-futur tiegħu mal-Giallorossi jiddependi ħafna jekk jikkwalifikawx fiċ-Champions League.

    Il-valur tal-player hu stmat li huwa madwar €35 miljun.