Slaven Bilic għandu bżonn operazzjoni f'ġenbu

    Il-coach ta' West Ham, Slaven Bilic, ser ikollu bżonn intervent kirurġiku minħabba li għandu bżonn hip replacement.

    Bilic ser joqgħod għal din l-operazzjoni wara li jintemm il-kampjonat, fl-21 ta' Mejju, u ser ikollu bżonn madwar ħames ġimgħat mistrieħ.

    B'hekk huwa mistenni jkun b'saħħtu għall-pre-season, fil-bidu ta' Lulju.

    Il-Kroat ta' 48 sena kellu diġá operazzjoni f’ġenbu minħabba l-effett ta' meta kien player ma' West Ham u Everton.

    Il-partitarji tal-Hammers jinsabu konfużi għaliex il-coach tagħhom isegwi logħbiet kokka u forsi ftit jafu li Bilic jagħmel dan biex inaqqas l-uġiegħ f'ġenbu.