Organizzata il-wirja annwali ta' floklor reliġjuż

    Għal sena oħra, l-Għaqda Dilettanti Mudelli ta’ Knejjes organizzat il-wirja annwali tagħha ġewwa s-Sala San Franġisk, Triq Melita, il-Belt Valletta. 

    Din il-wirja ġiet inawgurata mill-E.T. Mons Pawl Cremona O.P. u fiha wieħed seta’ jammira għadd ta’ mudelli ta’ knejjes, altari, statwi fil-minjatura u dak kollu konness mal-folklor reliġjuż. 

    Madwar mitt membru ħadu sehem fil-wirja ta' din is-sena u l-livell tal-wirja kien wieħed għoli ferm.  Rajna wkoll bosta xogħlijiet ta’ artisti żgħażagħ promettenti u oħrajn stabbiliti.  Dan jawgura tajjeb għall-futur sabiex dan id-delizzju antik u sabiħ jibqa’ bla mittiefes u mgħoddi lill-generazzjonijiet ta’ warajna.

    Ritratti: Roger Azzopardi