Inċident fatali f’Għawdex

    Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11pm, seħħ inċident stradali fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur Għawdex.

    L-inċident seħħ bejn żewġ vetturi, waħda tat-tip Suzuki Ignis u oħra tat-tip Peugeot Partner. Il-karozza Suzuki kienet misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 68 sena residenti x-Xagħra u abbord miegħu kellu mara Ingliża ta’ 73 sena residenti wkoll ix-Xagħra. Dawn it-tnejn ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn sfortunatament ġew iċċertifikati li tilfu ħajjithom. Il-vettura Peugeot Parter kienet misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Qala u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

    Il-pulizija flimkien ma’ tim mediku u membri mid-DIpartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post fejn taw l-għajuna neċessarja.

    Dr J Vella Cuschieri kienet infurmata bil-każ, u bħala maġistrat tal-għassa, ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.