Spettaklu ta’ boxing nhar il-Ġimgħa

    Nhar il-Ġimgħa Billy Corito se jiġġieled l-għaxar ġlieda boxing tiegħu, fl-MFCC f'Ta' Qali fis-19.30.

    Minbarra l-ġlieda ta’ ‘The Hit Man’ (Billy Corito), kontra ‘Il-Viking’ id-dilettanti tal-boxing se jkunu jistgħu jaraw seba’ ġlidiet oħra.

    Dione Galea mhux biss se jkun qed jiddefendi ċ-ċintorin tat-Titlu EBF Interkontinentali kategorija Middleweight fil-ġlieda kontra Jason Cortis, Champion Brittaniku EBF, iżda r-rebbieħ se jiġi dikjarat EBF Ewropew Champion kategorija Super Middleweight.

    Tyron Borg se jiddefendi ċ-ċintorin tat-Titlu EBF Inter-kontinentali kategorija Cruiser-weight fil-ġlieda tiegħu kontra Cayan Hughes.

    Ġlidiet oħra fuq il-programm huma Etienne Spiteri vs Paul Marsden, Justin Grech vs Mike Roberts, Joseph Bonello vs Gary Catterill, Brandon Borg vs Billy Shah u Lydon Chircop vs Omar Dusari.

    F'din is-serata se jinġabru fondi għall-Francesca Falzon ta’ 11-il sena, li tbati minn Cystic Fibrosis, marda li taffettwa l-pulmun u l-frixa. Francesca tieħu medikazzjoni kontinwa, għalkemm għad m'hawnx kura għal din il-marda. Il-fondi miġbura se jintużaw biex tingħata btala lil Francesca u l-familja tagħha.