“Għal Malta dan huwa rwol storiku”

    Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li dan huwa obbligu ta' kull membru li joħroġ mit-trattat. Madankollu saħaq li għal Malta dan huwa rwol storiku.

    Tenna li dan l-avveniment kien xogħol ta' ħafna nies. Qal li fl-aħħar tliet snin ir-relazzjoni bejn Malta u l-Kummissjoni kibret u waslet f'dan il-punt, li se tħalli legat importanti. Qal li din il-Presidenza hija tal-poplu Malti, inkluż għall-artisti.

    “Irridu li nibqgħu nagħmlu d-differenza f'ħajjet kulħadd,” qal is-Segertarju Parlamentari Ian Borg. Qal li filwaqt li l-poplu Malti għandu fiduċja fil-proġett Ewropew, mhux l-istess jista' jingħad għal popli oħra. Qal li Malta ilha taħdem ħafna biex setgħet tasal s'hawn. Qal li taħt il-gwida politika tal-Prim Ministru u tad-Deputat Prim Ministru, il-ħidma li twettqet fl-aħħar tliet snin kienet ferm aktar faċli għalih.