“L-2017 se tkun deċisiva għall-UE”

    Louis Grech qal li kull pajjiż għandu orizzonti differenti. Qal li minkejja l-avvenimenti kollha diffiċli li għaddiet minnhom l-Unjoni Ewropea, dawn kienu 60 sena ta' paċi. Id-Deputat Prim Ministru qal li ħafna affarijiet wasslu għal nazzjonaliżmu, xenofobija u affarijiet oħrajn li biegħdu lin-nies mill-UE.

    Qal li dan huwa xenarju li se nsibu ma' wiċċna fil-futur. Qal li s-sena 2017 se tkun deċisiva għall-UE, hekk kif se jiġi negozjat il-Brexit u se jkun hemm l-elezzonijiet ġenerali f'diversi pajjiżi fosthom Franza. Qal li l-prinċipji fundamentali tal-UE għadhom validi, iżda minħabba ħafna affarijiet hemm ċittadini li qed jistaqsu jekk l-Unjoni Ewropea għadhiex b'saħħitha.

    Qal li l-istaturi tal-isfida m'għandhomx jiġu minimizzati, iżda dan għandu jwassal biex l-Unjoni Ewropea taħdem ħalli tingħaqad aktar. Qal li sa mill-ewwel jum tal-Presidenza Malta se tiffoka fuq l-aktar kwistjonijiet importanti. Qal li l-laqgħa tat-3 ta' Frar li se ssir f'Malta hija importanti ħafna u se tkun preludju għal laqgħa li se ssir xahar wara f'Ruma.

    Qal li qal li l-Unjoni Ewropea għandha tipprattika l-kunċett ta' solidarjetà mal-immigranti. Qal li din l-Unjoni Ewropea għandha fl-istess waqt ittaffi l-perikli għas-sigurtà fir-reġjun tal-madwar. Qal li l-Unjoni Ewropa għandha tmexxi ambjent aktar san li joħloq ix-xogħol. Qal li dak li se jiġri fi żmien qasir huwa importanti u għalhek hemm bżonn li nuru l-qawwa u mhux id-dgħufija.