“Viva Malta, Viva l-Ewropea, u nawguralkom għas-sitt xhur li ġejjin”

    Jean Claude Junker qal li dan huwa mument storiku. Qal li s-Sala tal-Mediterran għall-Konferenzi hija xhieda tal-istorja Maltija. Qal li huwa se jirritona lura Malta s-sena d-dieħla meta l-Belt Valletta se tkun iddikjarat l-Blet Kulturali Ewropea.

    Qal li Malta hija pajjiż żgħir imma b'ambizzjonijiet kbar. Qal li Malta hija ppreparat bl-aħjar mod possibbli għal din il-Presidenza. Qal li Malta għandha tkun kburija dan. “Viva Malta, Viva l-Ewropea, u nawguralkom għas-sitt xhur li ġejjin,” temm l-indirizz tiegħu Jean Claude Junker.