“Fortunati li l-Presidenza waqgħet f'idejn Malta”

    Donald Tusk qal li hija fortuna li l-Presidenza Malta waslet f'dan iż-żmien importanti.

    “Konna fortunati li l-Presidenza waqgħet f'idejn Malta. Ftit hawn li għandhom għarfien dwar l-immigrazzjoni” qal Tusk.

    Iddeskriva lil Malta bħala simbolu tal-kultura Ewropea. Qal li għal dawk li jħobbu l-arti Malta hija d-dar ta' Caravaggio, filwaqt li dawk li jħobbu l-arkeoloġija Malta hija l-post fejn jinsabu l-eqdem strutturi.

    Semma wkoll il-fatt li l-Bibbja ssemmi n-nawfraġju tal-Appostlu San Pawl f'Malta. Qal li 2,000 sena għaddew u Malta għadha tilqa lil kulħadd.