“L-istorja ma jmeriha ħadd”

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami u lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi li kienu preżenti. “L-istorja ma jmeriha ħadd,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat.

    Il-Prim Minstru qal li l-pajjiż li se jkun fil-Presidenza tal-UE f'dan il-mument storiku lanqas kien għadu pajjż indipendenti 60 sena ilu. Qal li din se tkun Presidenza tar-realiżmu. Qal li l-ideali Ewropej huma sbieħ, imma l-ideoloġija bl-ideali biss ma tgħix.

    Tenna li l-isfida ta' din il-Presidenza flimkien mal-istituzzjoinjiet hija li nkunu realistiċi, fejn jiġu offruti soluzzjonjiet żgħar għal problemi kbar. Qal li x-xogħol li qed jibda llum mhux se tintemm f'sitt xhur jew f'sena, imma dan huwa xogħol li jrid jibqgħa għaddej għal 15 u 20 sena oħra. Qal li dak li beda fit-trattat ta' Ruma kompla jikber.

    Il-Prim Ministru qal li importanti li nifhmu x'qed jgħidu n-nies. Qal li fil-ħajja ta' kuljum in-nies jitkellmu dwar dak li jolqothom l-aktar, fosthom l-għoli tal-ħajja, il-prezz tal-ikel u x-xogħol.

    Qal li ħafna drabi n-nies ma jitkellmux fuq l-immigrazzjoni, iżda kif barranin, ħafna drabi ta' karnaġġjon skur qed jieħdu x-xogħol tagħhom u ta' wliedhom.

    Qal li ħafna drabi n-nies jisimgħu tweġibiet li ma humiex jistaqsu huma. “Għalhekk in-nies jgħidu li dawn lanqas fehmu dak li aħna għaddejna minnhom,” qal il-Prim Ministru.

    Qal li ħafna drabi partiti politiċi li qed jerfgħu rashom hija li jistaqsu l-mistoqsijiet li jistaqsu n-nies fil-kwiet tagħhom. Tenna li ħafna drabi dawn il-partiti jagħtu risposta ħażina, iżda qed joffru risposta. Qal li għalhekk huwa importanti li l-mistoqsijiet li jriduna jwieġbu n-nies ikunu idenfitikati.

    Qal li minkejja dan kollu, il-problemi mhumiex faċli. Qal li l-isfidi aktar konna aħna stess li ħloqniehom, billi ma weġibniex il-mistoqsijiet li kienu qed jistennew iċ-ċittadini. Fost dawn semma l-Brexit, l-immgirazzjoni, il-problemi ekonomiċi, it-terroriżmu u s-sigurtà.

    Qal li hemm affarijiet oħrajn li jinstemgħu sempliċi għal li iżda li jagħmlu differenza. Dawn huma r-roaming charges u l-WiFi f'kull raħal.

    Qal li l-valuri Ewropej jistgħu jgħinu biex nagħtu rispota għal dawn il-mistoqsijiet taċ-ċittadini. Tenna li l-laqgħa li se ssir fit-3 ta' Frar għandhom jgħaqdu lill-politiċi u lill-istuzzjonijiet Ewropej man-nies. Qal li r-risposta hija li nirreżistu l-ħitan li neħħejna bħala Ewropa u nwaqqgħu l-ħitan immaġinarji li qed jittelgħu minn min l-Ewropa jrid jifridha.

    Qal li t-tajjeb li nkiseb fl-UE huwa akbar miż-żminijiet diffiċli. Qal li jekk dan il-proġett jirnexxi se jkun proġett li mhux se jispiċċa matul din il-Presidenza jew ta' warajha, għaliex se tkun xi ħaġa li tibqa' tevolvi.