Il-baħar tar-Rinella jinbidel ħamrani bit-tniġġis!

    Ammont sostanzjali ta' diesel jew żejt ġie rilaxxat fil-baħar fil-viċinanza tal-bajja tar-Rinella fl-aħħar sigħat. Fiż-żona kienet rapportata wkoll riħa qawwija ġejja minn dan it-tniġġis.

    Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huma informati b'dan u saħqu li qed isir ix-xogħol neċessarju min-naħa tagħhom. Saħqu wkoll li m'hemmx lok ta' allarm.