Ikkundannat għall-mewt wara li spara fi knisja u qatel 9 persuni

    Tnax-il ġurat qablu unanimament li Dylann Roof għandu jingħata sentenza għal mewt, wara massakru li għamel fl-2015 fejn spara u qatel disa’ persuni fi knisja ġewwa Charleston f’South Carolina.

    It-tnax-il ġurat, magħmula minn għaxar nisa u żewġ irġiel, irrikmandaw is-sentenza tal-mewt wara tmintax-il għadd li saru.

    Fl-evidenza li sabu wara li seħħ il-każ, instabu xi ittri li kiteb lil ommu u lil missieru. Fihom huwa kiteb: “Niskuża ruħhi, imma kelli nagħmel hekk.”

    Kelliem għad-dipartiment tal-ġustizzja, qal li Roof se jkun l-ewwel konvenut tal-kriminalità tal-mibgħeda li ngħata s-sentenza tal-mewt. 

    Grupp ta’ difensuri ta’ Roof, qalu li din is-sentenza tal-mewt se tirriżulta li każ idum ferm iżjed ma jkun solvut.

    L-atmosfera fl-awla fejn inqrat is-sentenza kienet ta’ skiet taqtgħu b’sikkina. Ħadd mill-qraba tal-vittmi ma’ għamel l-iċken ħoss. Il-ġurati tefgħu ħarsithom fuq il-qraba tal-vittmi mhux fuq Roof. Roof deher li ma għamel l-ebda reazzjoni għall-verdett.