L-Olanda l-ewwel pajjiż li topera l-ferroviji kollha b'enerġija alternattiva

    Il-ferroviji kollha tal-Olanda qed jitħaddmu kollha grazzi għall-elettriku ġġenerat mir-riħ. Dan qalitu l-kumpanija nazzjonali tas-servizz tal-ferroviji, NS.

    Il-kumpanija tal-elettriku Olandiża Eneco, sentejn ilu kienet rebħet tender maħruġ minn NS, biż-żewġ kumpaniji jiffirmaw ftehim għal għaxar snin, b'Jannar tal-2018 id-data fejn il-ferroviji kollha ta' NS kellhom jibdew jitħaddmu b'enerġija alternattiva.

    “Għaldaqstant aħna lħaqna l-mira tagħna sena qabel ippjanat,” qal il-kelliemi għal NS Ton Boon.

    Eneco u NS f'websajt konġunta qalu li madwar 600,000 passiġġier kuljum huma “l-ewwel fid-dinja” li qed jivvjaġġaw grazzi għall-enerġija ġġenerata mir-riħ. NS topera mal-5,500 vjaġ bil-ferroviji kuljum.