Mina tat-Tieni Gwerra Dinjija tinstab f’wiċċ il-baħar

    Mina mhux sploduta li skond eżaminazzjoni preliminarja juri li ilha mit-Tieni Gwerra Dinjija, instabet f’wiċċ il-baħar fit-Tramuntana tal-Ġermanja.

    Il-Kmandant Ċentrali tal-Emerġenza Marittima fil-Ġermanja qal li din il-mina instabet ilbieraħ filgħodu minn bastiment tas-sigurtà fit-tarf tal-wind farm Gode Wind 2. L-aġenzija sostniet li l-mina ġiet irmonkata permezz ta’ vapur apposta bl-isem ta’ Mellum.

    Il-kmandant żied jgħid li din il-mina ser tkun sploduta f’xi ħin illum fuq is-sodda ramlija tax-xmara Jade. Dan sar hekk u mhux fil-baħar minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp previst.