Laqgħa bilaterali bejn il-PM Malti u l-President tal-Kummissjoni Ewropea

    Fil-laqgħa bilaterali bejn il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, it-tnejn esprimew ottimiżmu għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE li tibda llum. 

    Il-Prim Ministru qal kif it-tama tal-Gvern Malti hija li l-aġenda ppreżentata minnu tkun tirrifletti l-ħsibijiet tal-Kummissjoni u li tgħin lill-UE tkun viċin tan-nies. 

    Min-naħa tieghu Juncker esprima l-istess fehmiet u qal li kemm il-Gvern Malti u l-Kummissjoni jaqblu fuq ħafna temi. 

    It-tnejn ħarsu lejn numru ta' kriżijiet li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea. Muscat qal li t-tama hija li matul il-Presidenza ta' Malta, l-UE tkun f'qagħda li tindirizza l-kriżijiet li nafu bihom u oħrajn li ma nafux.