Ftit jiem ta’ mistrieħ mill-kesħa qawwija

    Is-sit indipendenti ta’ tbassir tat-temp, FirstMalta.com, qed ibassru temperaturi komdi għal jiem li ġejjin, li jibdew mil-lum.

    Kif it-temperaturi fil-jiem li għaddew kienu drastikament baxxi, l-għola temperatura għal-lum mistennija tkun ta’ 15°C, li hija ferm aħjar mit-temperatura ta’ 10°C li kellna ‘lbieraħ.

    Ir-riħ għal-lum mistenni jkun Punent Lbiċ b’qawwa ta’ Forza 3 għal 5 matul il-jum waqt li matul il-lejl dan jikkalma.

    It-temperatura matul il-lejl bejn illum u għada mistennika ukoll tkun aktar komda kkumparata mal-iljieli ta’ qabel, u mistennija tinżel sa’ 10°C.

    It-tbassir tat-temperaturi għall-jumejn li ġejjin huwa: l-għola temperatura 15°C u l-inqas 10°C

    It-temperatura mistennija terġa tonqos matul tmiem il-ġimgħa u mistennija ukoll ikomplu jonqsu sussegwentament iżda qatt m’huma se jinżlu daqs tal-bieraħ.

    L-għola temperatura għas-Sibt mistennija tkun ta’ 13°C waqt li l-inqas mistennija tinżel 8°C. Il-Ħadd l-għola temperatura mistennija tkun 12°C u l-inqas mistennija tinżel 8°C.