30,000 negozju se jiffrankaw €1.3 miljun bir-riforma fil-ħinijiet tal-ħwienet

    Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona rrimarka fil-Parlament kif bir-riforma fil-ħinijiet tal-ħwienet 30,000 negozju se jiffrankaw bejniethom mal-€1.3 miljun anke jekk qal li jinsab konvint li dawn se jiġu ri-investiti.

    Huwa kien qed jagħti stqarrija ministerjali dwar l-imsemmija riforma li fost oħrajn se tagħti l-possibilita lill-ħwienet jiftħu nhar ta’ Ħadd bejn is-6 a.m. u s-1.00 p.m. bil-kundizzjoni li jagħlqu f’ġurnata oħra oħra sakemm ma jħallsux €700 fil-ġimgħa biex jiftħu kuljum.

    Waqt li semma diversi miżuri li se jidħlu fis-seħħ b’din ir-riforma, Cardona saħaq li l-operaturi tan-negozju għandu jkollhom aktar disdiskrezzjoni kif imexxu l-ħwienet u nsista li r-riforma se tgħinhom jiffaċċjaw il-kompetizzjoni li għandhom inkluż mill-kummerċ elettroniku.

    Min-naħa tagħha, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili sostniet li sakemm ma jkunux iffirmaw mod ieħor il-ħaddiema se jkunu jistgħu jagħżlu jekk jaħdmux nhar ta’ Ħadd.

    Hija nsistiet li l-kundizzjonijiet huma aċċettabbli għall-unjins u saħqet li l-ħaddiema se jkunu protetti b’ebda wieħed minnhom mhu se jkun diskriminat.

    Min-naħa tiegħu, ix-Shadow Minister tal-Ekonomija Claudio Grech iddikjara li huwa u l-Oppożizzjoni kienu jaqblu mar-riforma.