Bil-filmat: “Għamilt il-White House post għal kulħadd. Għamiltni kburi. Għamilt lil pajjiżna kburi”

    Fl-aħħar diskors tiegħu bħala President tal-Istati Uniti, spikka l-mument emozzjonali meta Barack Obama rringrazzja lill-First Lady Michelle. Huwa qalilha li għall-aħħar 25 sena “kont mhux biss marti, u omm uliedi, iżda wkoll l-akbar ħabiba tiegħi.”

    Hekk kif bintu wkoll dehret emozzjonata mill-mument, bl-udjenza tagħmel standing ovation lil Michelle, huwa kompla jgħidilha li “spiċċajt ħadt rwol li qatt ma staqsejt għalih, rwol li għamilt tiegħek b'perseveranza u kuraġġ, bi stil u b'element ta' umoriżmu.”

    Wara li anke Obama nnifsu waqaf għal mument emozzjonat huwa temm jgħid lil Michelle li “għamilt il-White House post għal kulħadd. Għamiltni kburi. Għamilt lil pajjiżna kburi.”