Fl-2016 sodda fl-Isptar t’Għawdex swiet €636 kull lejl

    Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne semma fil-Parlament kif matul is-sena li għaddiet kull sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġiet tiswa lill-pajjiż €636 kull lejl.

    Huwa kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-deputat Chris Said li xtaq ikun jaf kemm tiswa sodda fl-isptar Għawdxi fid-dawl ta’ mistoqsija parlamentari oħra fejn fiha Fearne qal li bejn l-2012 u l-2015 kull sodda fl-Ispar Mater Dei swiet medja ta’ €874.40 kull lejl.