Kollox tajjeb biex taħrab mill-mistoqsijiet, anke li titkellem f'mowbajl rasu 'l isfel!

    Nistgħu nimmaġinaw l-istress li l-politiċi jkollhom jiffaċċjaw ta' kuljum, b'mod partikolari mill-ġurnalisti meta lanqas jilħqu jitfaċċaw deħlin fil-Parlament li ma jibburdjawhomx b'għadd ta' mistoqsijiet.

    U l-Kap tal-Oppożizzjoni żgur li mhux immuni għal dan l-istress. Bħalma deher tajjeb f'filmat meta ġurnalista llum ppruvat tagħmillu mistoqsijiet fir-rigward ta' żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali dwar deċiżjonijiet li ttieħdu fi żmien li responsabbli minn tali deċiżjonijiet kien l-eks-Ministru Jason Azzopardi.

    Kif ġibdilna l-attenzjoni qarrej tagħna kollox tajjeb biex tiżgiċċa mill-mistoqsijiet, anke li tinqeda bil-mowbajl biex tidher li int okkupat u tidħol mingħajr intoppi għall-kenn tal-bini tal-Parlament. Ħasra biss li kif innota l-qarrej tagħna, il-mowbajl kien qed jinżamm rasu ’l isfel. Min jaf, forsi moda ġdida din!