Tkompli tikkarga l-kontroversja bejn kunsillieri Nazzjonalisti fiż-Żebbuġ minħabba ġnien mitluq

    Dikjarazzjonijiet li qed itella' fuq is-sit soċjali Daniel Cordina Viċi Sindku Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex, xejn ma intlaqgħu b'mod tajjeb minn kunsillieri oħra Nazzjonalisti fosthom is-Sindku stess Nicky Saliba.  L-aħħar kontroversja hi dwar ġnien f'Marsalforn li dwaru Cordina ilmenta li jinsab mitluq.

    Kemm is-Sindku kif ukoll il-kunsillier Laburista Victor Refalo meta staqsejnihom dwar dan il-ġnien enfasizzaw li l-manutenzjoni u ż-żamma ta' dak il-ġnien dejjem issir fil-bidu tas-sajf.  Staqsew li ma jistgħux jifhmu x'inhu l-għan wara l-kummenti li hu għadda fuq is-sit soċjali.  Il-Kunsillier Victor Refalo f'kumment qalilna li “dik iż-żona dejjem isirilha manutenzjoni fil-bidu tas-sajf. Bħalissa ma jagħmilx sens li jinżergħu fjuri, għax kollox jispiċċa jittieħed mill-irjiħat". 

    Sadanittant il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ spiċċa b'pagamenti mwaqqfin minħabba investigazzjoni li qed issir.