Futħ uffiċjali tal-Planetarium ta’ Esplora

    Nhar it-28 ta’ Jannar ser issir attività ta’ benefiċenza li biha ser ikun uffiċjalment miftuħ il-Planetarium ta’ Esplora.  Dan tħabbar illum waqt konferenza tal-aħbarijiet li kient indirizzata mis-Segretarju Parlamentari ar-Riċerka, Innovazzjoni, Żaża u Sport Chris Agius u ċ-Chairman tal-Kunsill Malti ax-Xjenza u t-Teknoloġija Dr Jeffrey Pullicino Orlando. Preżenti wkoll kien hemm id-direttur ta’ Esplora Rachael Blackburn li qalet li sa issa Esplora kien success kbir. Sa issa mill-ftuħ, Esplora laqa’ 30,000 persuna. Għal din l-attività li ser tibda fit-8.00pm ser tkun preżenti wkoll il-President ta’ Malta.

     

    Il-Planetarium huwa 10.7m fid-dijametru u fih wieħed isib Colorspace 4K theater systemIl-Planetarium ser itella’ spettakli li huma relatati l-aktar mal-astronomija fost oħrajn.

     

    Il-Binja tal-Planetarium hija waħda ikonika, u kienu bosta dawk li staqsew dwar x'inhu l-globu fuq il-peniżola ta’ San Salvatore.   Fil-fatt il-periti ħasbu sabiex jagħmlu l-istruttura tal-Planetarium f’dik il-parti minn Villa Bighi li kienet imġarrfa.

     

    Dawk li ser ikunu qed jattendu al din l-attività ta’ inawgurazzjoni li ser isservi wkoll sabiex jinġabbru l-flus għall-Community Chest Fund, ser ikun tal-ewwel li jesperjenzaw din l-esebizzjoni unika f’pajjiżna.  

    Il-biljetti jinxtraw al donazzjoni ta’ €75.  Dawk interessati jistu jakkwistaw aktar informazzjoni fuq 2360 2173u/jew planetarium@esplora.org.mt.