ŻfinMalta jiftħu ċ-ċerimonja uffiċjali tal-Presidenza

    ŻfinMalta se jkunu protagonisti fil-ftuħ tal-Presidenza Maltija għall-UE, f’ċerimonja li ser issir għada. Permezz ta’ din iż-żifna bl-isem ta’ ‘BAHR’, ŻfinMalta ser tkun qed tiftaħ it-tielet staġun tagħha minn kemm ilha mwaqqfa.

    ‘BAHR’ hija żifna ta’ 50 minuta, b’korjografija li saret mid-direttur artistiku ta’ ŻfinMalta stess, Mavin Khoo, b’kollaborazzjoni mad-disinjatriċi tad-dawl Fabiana Piccioli u l-kompożitur żagħżugħ Malti Albert Garzia li kkummissjona silta mużikali għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

    B’hekk ŻfinMalta ser tkun qed taħdem għall-ewwel darba ma’ Albert Garzia u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

    Din iż-żifna ser terġa tittella’ għall-pubbliku nhar is-sibt 14 ta’ Jannar, u biljetti jistgħu jinkisbu mit-sit ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

    BAHR - ŻfinMalta Dance Ensemble / Trailer from ŻfinMalta on Vimeo.