Bil-filmat: Luzzu qalb is-silġ fl-Iżvizzera

    Ġieli tiltaqa' ma' barranin li lil pajjiżna japprezzawh ferm aktar milli napprezzawh aħna stess. U hekk hu fil-każ ta' Monika Trinkler, mara Żvizzera ta' 65 sena li tgħix fir-raħal ta' Granichen fid-distrett ta' Aarau fl-Iżvizzera.

    Tant hu hekk li ma tgħaddix sena li ma tinżilx għal mill-inqas żewġ mawriet f'pajjiżna. Iżda dan mhux biss. Biex żgur tiftakar fil-memorji sbieħ li għandha tal-mumenti li qattgħet f'pajjiżna penġiet luzzu mal-entratura tal-bieb tad-dar tagħha.

    Tpinġija mill-isbaħ li sservi biex tfakkarna f'dawk l-elementi kollha li jiddistingwu lil pajjiżna. Anke jekk it-tpinġija tal-luzzu qalb is-silġ Żvizzeru jikkuntrasta bil-kbir.

    Trinkler għandha b'mod partikolari għal qalbha l-istorja ta' pajjiżna, fejn fiż-żjarat tagħha tiddokumenta bir-reqqa d-diversi cart ruts f'pajjiżna bit-tama li fl-aħħar mill-aħħar jirnexxielha tibni mappa dettaljata tagħhom.

    Filmat: Inewsmalta