“15-il miljun immigrant se jaslu fl-Ewropa sa tliet snin oħra”

    Sa 15-il miljun immigrant huma mistennijin li jaqsmu mill-Afrika lejn l-Ewropa fit-tliet snin li ġejjin. Dan skont rapport li nħareġ minn aġenzija Awsstrijakka.

    Analiżi mill-Austrian Military Intelligence, aġenzija tal-Forzi Armati Awtrijaċi, qed tbassar żieda sinjifikanti fir-rata tal-qgħad fl-Afrika, li jwassal lil miljuni ta' immigranti ekonomiċi jivvjaġġaw lejn l-Ewropa biex ifittxu xogħol bejn issa u l-2020.

    Dawn iċ-ċifri, li ġew ippubblikati mill-ġurnal Ġermaniż Bild, jċekknu u mhux ftit l-miljun immigrant li huwa maħsub li daħlu fl-Ewropa matul il-kriżi tal-aħħar xhur.

    L-aġenzija qalet li soluzzjoni għal dan l-influss ta' immigranti tkun li l-Ewropa tgħin lill-pajjiżi Afrikani biex isaħħu l-ekonomija tagħhom biex joħolqu opportunitajiet ta' xogħol, iżidu fil-produttività u jgħollu l-livell tal-edukazzjoni.

    Dan fl-aħħar mill-aħħar jinkoraġġixxi investiment minn barra l-pajjiż.