L-ambjent jitlef wieħed mill-akbar attivisti tiegħu

    L-ambjent tilef wieħed mill-akbar attivisti tiegħu hekk kif matul dan il-lejl miet Lino Bugeja, li kien il-President onorarju tal-assoċjazzjoni Ramblers li kienet imwaqqfa minnu fl-2005. Huwa kellu 86 sena u kien missier ta' żewġt itfal.

    Nhar il-Ġimgħa 13 ta' Diċembru huwa ngħata “Ġieħ ir-Repubblika” mill-President Emeritus George Abela.

    Lino kien magħruf ukoll fil-qasam sportiv hekk kif kien rebbieħ nazzjonali f'distanzi medji. Fl-1951 huwa rrappreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran f'Lixandra, l-Eġittu, fejn kiser ir-rekord nazzjonal fl-400 metru f'ħin ta' 52.8 sekondi.

    Huwa kien ippubblika għadd ta' kotba u artikli f'ġurnali akkademiċi, fosthom il-ktieb b'żewġ volumi “Birgu, A Maritime City”.