Terremot ta' 7.3 fuq l-Iskala Richter jheżżeż lill-Filippini

    Terremot ta' qawwa 7.3 fuq l-iskala Richter seħħ ’il barra mill-kosta tal-Filippini. Skont l-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti l-epiċentru tiegħu kien f'fond ta' 380 mil, fil-Lbiċ tal-gżira ta' Jolo.

    Uffiċjali Filippini qalu li minħabba li t-terremot seħħ f'fond konsiderevoli, m'hemmx il-periklu li jikkawża tsunami.

    Terremot ta' saħħa 7.7 fuq l-Iskala Richter fl-1990 kien ħalla mal-2,000 vittma fil-gżira ta' Luzon fit-Tramuntana tal-pajjiż.