Kampjonat Premier: Hamrun S. jirritornaw għar-rebħ

    Ritratt: Dominic Borg

    Gzira United ……….….0

    Hamrun Spartans ……2

    Żewġ goals fit-tieni taq­sima taw rebħa u tliet punti ferm importanti lil Hamrun Spartans li kienu qed jirritornaw għar-rebħ wara telfiet kontra Valletta u Hibernians. Mill-banda l-oħra din kienet il-ħames telfa konsekuttiva għall-Maroons li jinsabu fl-10 post tal-klassifika – żewġ punti biss ‘il fuq mit-team ta’ qiegħ il-klassifika Pembroke Athleta.

    Kollox ma’ kollox kienet rebħa mistħoqqa għall-Ispartans li mmexxija mill-captain żagħżugħ Jake Grech dehru aħjar mill-avversarji tagħhom minkej­ja li wettqu erba’ bidliet mit-team li tilef 4-1 kontra Hibernians, il-ġimgħa l-oħra.

    Hamrun fetħu fuq l-attakk u resqu qrib permezz ta’ xutt mill-qrib ta’ Jake Grech li ġie mxellef f’corner, waqt li xutt tajjeb ta’ Giusti ġie salvat b’diffikultá minn Boerchio.

    L-aħħar azzjoni qabel intemmet l-ewwel taqsima ħolquha Gzira meta l-goalkeeper Cassar naqas li jtajjar il-ballun minn cross ta’ Conti u Ledesma minn qagħda tajba xeħet barra bir-ras.

    Fit-tieni taqsima Gzira ħarġu fuq l-attakk u kel­lhom tentattivi ta’ Ledesma, Momodou Salieu u Ricardo Calixto salvati minn Cassar.

    Imma kienu Hamrun li fetħu l-iskor, fit-58 minuta, meta minn cross ta’ Motta Dos Santos JORGE MESQUEU NETO għeleb lil Boerchio bir-ras.

    Żewġ minuti biss wara rega’ kien Motta Dos Santos li għadda ballun ‘l quddiem imma Jake Grech minn qagħda tajba naqas li jolqot tajjeb meta sab ruħu waħdu quddiem Boerchio.

    Gzira ppruvaw iwettqu reazzjoni imma reġgħu kienu Hamrun li resqu qrib meta s-solitu Jake Grech qassam lil Teixeira li x-xutt tiegħu minn qagħda ċentrali gie salvat minn Boerchio.

    Il-Maroons wiegbu bi cross ta’ Ricardo Calixto u daqqa ta’ ras ta’ Momodou Salieu li għaddiet thakkek mal-wieqfa.

    Madankollu, Hamrun dejjem baqgħu aktar pe­rikolużi fil-kontrattakki tagħ­hom u kienu huma li ssiġillaw ir-rebha fil-85 m­inuta meta Teixeira żmar­ka lil JAKE GRECH li avvanza u kif daħal fil-kaxxa għeleb lil Boerchio b’xutt imkaxkar.

    GZIRA U.: 91-Mauro Boerchio, 10-Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, 5-Gianmarco Conti, 44-Antonio De Queiroz Machedo Neto, 11-Juan Carlos Corbalan (9-John Nwoba 88), 55-Andre White, 19-Jallow Momodou Salieu, 4-Jonathan Bondin (92-Yanis Tonna 67), 8-Zachary Scerri (23-Jacob Borg 88), 25-Souleymane Diamoutene, 21-Correa Duarte Ricardo Calixto  - Coach: Darren Abdilla

    HAMRUN S.: 1-David Cassar, 5-Luis Miguel Vergara Rodrigues, 2-Philip Chircop, 15-Luke Sciberras, 27-Jorge Mesqueu Neto (23-Mark Borg 86), 95-Massimiliano Giusti (99-Saturday Nanapere 62), 6-Luke Grech, 8-Leandro Wallace Motta Dos Santos (16-Trevor Cilia 88), 10-Jake Grech, 33-Sergio Raphael Dos Anjos, 17-Patrick Jean Teixeira Maia  - Coach: Jonathan Holland

    REFEREE: Fyodor Zammit

    ASS. REFEREES:Luke Portelli, Peter Abela

    RABA’ UFF: Glen Tonna

    SKORERS:J. Mesqueu Neto 58, J. Grech 85 (HS)

    AMMONITI:xZ. Scerri, S. Diamoutene, J. Momodou Salieu (G), J. Mesqueu Neto, P. Teixeira Maia (H)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Jake Grech (Hamrun S.)