Hazard: Qed nerġa’ nsib il-forma tiegħi

    Eden Hazard afferma li jħoss li jinsab fil-quċċata tal-karriera tiegħu waqt li qed jistħajlu li bħal donnu reġa' sar tifel żgħir fejn qed jieħu gost jilgħab il-football mingħajr pressjoni.

    Dan wara li fl-aħħar staġun huwa xejn ma mpressjona ma' Chelsea speċjalment meta kienu għadhom mmexxija minn José Mourinho, iżda matul dan l-istaġun huwa sploda fir-rendiment tiegħu speċjalment permezz tad-diversi goals importanati tiegħu għal Chelsea.