Taqbad minjiera fi New Zealand

    Ħaddiema li nqabbdu taħt l-art f'minjiera tad-deheb fi New Zealand ġew salvati seba' sigħat wara li magna ta' trakk ħadet in-nar.

    Kelliema għall-kumpanija li topera, l-Newmont Waihi Gold li joperaw din il-minjiera qalu li 28 ħaddiem jinsabu f'kundizzjoni ta' saħħa tajba.

    Huma kienu qegħdin 150 metru taħt l-art meta beda n-nar. Raġel minnhom ġie eżaminat għax bela' ħafna duħħan qalu uffiċjali mediċi li kienu fuq il-post.

    Għadu mhux magħruf x'ikkawża n-nirien.