Approvata mediċina għall-prevenzjoni mill-HIV

    Ir-regolaturi tas-saħħa Amerikani għall-ewwel darba fl-istorja approvaw mediċina li tipprevjeni l-infezzjoni HIV.

    Din il-mediċina, Truvada tista' tintuża minn dawk kollha li qegħdin f'riskju għoli ta' infezzjoni u kull min jieħu sehem f'attivitajiet sesswali ma' persuni infettati bl-HIV qalet l-Food and Drug Administration (FDA),.

    L-istudji wrew li din il-mediċina tnaqqas ir-riskju li wieħed jieħu l-HIV b'73%. Ħaddiema fid-dipartimenti tas-saħħa li jaħdmu fil-qrib ma nies oħra bl-HIV, ma ħadux gost li din il-mediċina ġiet approvata.

    Dan minħabba l-biża' li mediċina bħal din tista' twassal biex in-nies ikollhom sens ta' sigurezza falza.

    Fi stqarrija li ħarġet l-FDA qalet li din il-mediċina għandha tintuża bħala parti minn pjan ta' prevenzjoni, fosthom l-użu tal-condoms u testijiet regolari tal-HIV.