Jitneħħa l-kap tal-militar fil-Korea ta’ Fuq

    Il-Kap Militari tal-Korea ta’ Fuq, Ri Yong-ho, tneħħa minn kull pożizzjoni uffiċjali li kellu. Dan skont rapporti li dehru fil-midja tal-istat Korean.

    Minbarra li kien kap tal-militar, hu kien viċi-ċermen tal-kummissjoni militari u kellu karigi għolja fil-Partit tal-Ħaddiema. Fi stqarrija ntqal li Ri Yong-ho tneħħa minħabba mard. Iżda, rapporti fil-midja internazzjonali jgħidu li jeżisti xettiċiżmu dwar kemm din hija r-raġuni vera li waslet għàl din id-deċiżjoni.