Real Madrid irid u lil David Beckham bħala l-ambaxxatur tal-club

    Iċ-champions Ewropej, Real Madrid, iridu lil-leġġendarju, David Beckham, bħala l-ambaxxatur tal-club.

    Il-president Florentino Perez, irid juża l-popolaritá tal-ex player tagħhom bħala l-ikona tal-club fit-tentattiv li jitkabbar is-suq tal-marketing tagħhom madwar id-dinja.

    Barra minn hekk, il-Madrileni jafu l-“poter” li  jippossjiedi Beckham, li lagħab ukoll għal Manchester United, fid-dinja tal-football.