Karozza tinqaleb fi Triq il-Pijunieri f'Buġibba

    Tard ilbieraħ flgħaxija seħħ inċident tat-traffiku li seta' kellu konsegwenzi ferm aktar gravi. Dan hekk kif karozza għal ragunijiet li għadhom mhux magħrufin spiċċat inqalbet fi Triq il-Pijunieri f'Buġibba.

    Għal xi ħin kien hemm xi ftit kommossjoni fuq il-post, fejn anke marret ambulanza li ħadet persuna l-isptar.