Vegan Nuggets

    Ingredjenti:

    Għan-nuggets:

    bott qlub tal-qaqoċċ

    bott ċiċri

    basla żgħira mqattgħa u msajra

    sinna tewm imqattgħa rqiq

    1/4 ta' kikkra polenta

    2 mgħaref ħall tat-tuffieħ organiku

    melħ u bżar

    1/4 ta' kuċċarina paprika ffumigata

    melħ u bżar

    Għall-batter:

    kikkra ħalib tas-soya

    1/4 ta' kikkra linseed

    2 mgħaref dqiq wholemeal

    1⁄4 ta' kikkra flaxseed

    2 mgħaref dqiq tal-qamħ sħiħ

    Għall-kisi:

    kikkra polenta

    kikkra frakk tal-ħobż

    1/2 kuċċarina paprika

    melħ u bżar

    żejt taż-żebbuġa

    Metodu:

    Poġġi l-qlub tal-qaqoċċ fi skutella u pproċessahom ftit biex it-taħlita tibqa’ bi ftit biċċiet fiha. Uża l-pulse biex ma titħanx iżżejjed. Żid l-ingredjenti l-oħrajn u erġa’ pproċessa ħafif. Ħalli t-taħlita fil-friġġ għal siegħa. Ifforma n-nuggets u pprepara l-batter.

    Ħawwad l-ingredjenti tal-batter flimkien fi skutella żgħira u ħallih joqgħod għal mill-inqas ħames minuti.

    Waqt li tistenna, ħawwad l-ingredjenti biex tiksi fi skutella separata. Żid il-melħ u bżar għat-togħma.

    Neħħi t-taħlita mill-friġġ u fforma 20-24 nugget. Iksi l-qiegħ ta' taġen bi ftit żejt taż-żebbuga. Poġġi t-taġen fuq nar moderata. Bill kull nugget fil-batter u iksiha. Ittrasferixxi għat-taħlita biex tiksi n-nuggets. Aqlihom u dawwarhom sakemm ikunu kulur dehbi.

    Poġġi n-nuggets fuq sarvetta tal-karti u servi bid-dipping sauces.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com