Roti: Kraxx qawwi - minħabba persuna li qasmet it-triq

    Fit-tlielaq tar-roti, eżattament fit-Tour De Qinghai, fil-belt ta’ Xining, fiċ-Ċina, seħħ kraxx qawwi meta grupp ta’ madwar 60 ċiklist daħlu f’xulxin … fil-ħin meta persuna ddeċieda li jaqsam it-triq.

    Din il-persuna l-anqas biss ta kas li min-naħa tal-lemin tiegħu kien ġej grupp ta’ ċiklisti b’veloċitá qawwija.

    Bl-impatt, sitt ċiklisti weġġgħu serjament, tant, li kellhom jirtiraw mit-tellieqa.

    Anke l-persuna nvoluta ġarrab xi ġrieħi hekk kif ġie wkoll arrestat.