Justin Haber qed jiġi segwit minn club Belġjan

    Ritratt: Christine Borg

    Il-goalkeeper internazzjonali Malti ta’ Hibernians, Justin Haber, jista’ ma jilgħabx fil-Kampjonat Malti matul l-istaġun 2016/17 hekk kif qed jiġi segwit minn club Belġjan. 

    Dan minbarra li hemm ukoll żewġ clubs tal-Premier li qed jiġru wara s-servizzi tiegħu hekk kif Floriana rtiraw ukoll mill-interess.

    Fil-jiem li ġejjin, Haber għandu jitla’ l-Bel­ġju biex ikompli bit-taħditiet fit-tentattiv li jiffinalizza dan it-trasferiment.

    Jekk dan iseħħ, Haber ikunu qed jilgħab għat-12-club fil-karriera tiegħu wara Floriana, Birkirkara, US Quevily, Excelsior Virton, Marsaxlokk, Haidari FC, Sheffield Utd, Ferencvaros, AO Kerkyra u Mosta.