Soppa kiesħa tat-tadam

    Ingredjenti:

    kilo tadam artab

    2 sinniet tewm

    ħjara mdaqqsa

    bżaru aħdar

    nofs kikkra basal abjad

    kwart ta' kikkra ħall tat-tuffieħ organiku

    mgħarfa ħall balsamiku

    nofs kikkra żejt taż-żebbuġa

    niskata kemmun

    nofs kuċċarina paprika ffumigat

    melħ u bżar

    nisktata stevia 

    Metodu:

    Poġġi kollox ġol-liquidizer u itħan sakemm ikollok taħlita lixxa. Poġġi s-soppa fil-friġġ għal ftit sigħat qabel ma sserviha bi ftit żejt taż-żebbuġa, tadam imqatta', croutons u ħjar imqattta'.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com