Tour de France: Peter Sagan jirbaħ is-16-il stadju

    Iċ-ċiklist Slovakk, Peter Sagan (Tinkoff) rebaħ is-16-il stadju tat-Tour de France, li sar minn Moirans-en-Montagne sa Berne (l-Isvizzera) fuq distanza ta’ 209 kilometru meta rreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 26 minuta u 2 sekondi.

    Fit-tieni post daħal in-Norveġiż Alexander Kristoff (Team Katusha) segwit mill-kompatrijott tiegħu Sondre Holst Enger (IAM Cycling), il-Ġermaniż John Degenkolb (Giant-Alpecin). 

    Il-Britanniku Chris Froome (Team Sky) għadu l-leader assolut, b’ħin ta’ 72 siegħa, 40 minuta u 38 sekondi.

    Fit-tieni post hemm l-Olandiż Bauke Mollema (Trek-Segafredo) li għandu distakk ta’ minuta u 47 sekondi, segwit mill-Britanniku Adam Yates (Orica-BikeExchange) +2’ 45” u Nairo Quintana (Movistar Team) +2’ 59”.

    Illum hija ġurnata ta’ mistrieħ. It-Tour jitkompla għada bejn Berne u Finhaut-Emosson fuq distanza ta’ 184.5 km.