Innaqqsu l-melħ mid-dieta tagħna

    Hawnhekk se ssibu lista tal-aktar ikel komuni li fih kwantità ta’ melħ.

    Iż-żebbuġ, pereżempju, jista’ jittiekel biss wara li jkun qagħad fis-salmura għal ġimgħat sħaħ. Il-ġobon feta jiġi ppriservat fi s-salmura wkoll.

    Il-kappar, it-tadam imqadded u l-ħaxix fil-pikles kollha huma ppreparati bi kwantità kbira ta’ melħ. L-inċova, il-bakkaljaw u l-aringi huma parti integrali mill-kċina tagħna u dawn jiġu maħżuna fi l-melħ.

    Il-ħobż, il-ħelu u z-zlazi tal-Mediterran kollha għandhom kontenut għoli ta’ melħ. It-taramosalata Griega hija magħmula mill-bajd tal-bakkaljaw, u z-tzatziki minn ħjar frisk immellaħ li, wara li jissaffa, jitħallat mal-jogurt. Il-baba ganoush tal-Afrika ta’ Fuq hija magħmula minn brunġiel mixwi mħallat mat-tahini, tewm, meraq tal-lumi, żejt taż-żebbuġa u kwantità ta’ melħ.

    Kull tip ta’ laħam ipproċessat, bħal jamon serrano, prosciutto, salami u kwalitajiet oħra ta’ zalzett, ukoll fihom ħafna melħ.

    Iż-żejt taż-żebbuġa huwa l-bażi tad-dieta Mediterranja. L-ebda żejt ieħor ma fih xaħam mono mhux saturizzat (monounsaturated fat) daqskemm fih iż-żejt taż-żebbuġa. Mal-insalati u ħaxix jew ħut mixwi jżid fil-palat.

    Iż-żejt taż-żebbuġa verġni, li jikkumbina tant tajjeb meta miżjud mal-insalati, għandu kemxejn togħma morra minħabba l-antiossidanti li fih. Il-melħ u ż-żejt taż-żebbuġa jikkumplimentaw lil xulxin – il-melħ jgħin biex toħroġ it-togħma.

    Qabel ma tagħmel tibdil fid-dieta kellem lit-tabib tiegħek.