Is-suldat dejjem ħadem bil-qalb għal pajjiżu

    “Aħna s-suldati noffru sigurtà lill-pajjiżna kemm fuq l-art, fl-ajru u fuq il-baħar u dan kollu nagħmluh għax aħna ħadna ġurament li nissalvagwardjaw il-pajjiż tagħna. Waqt avvenimenti importanti bħalma kienu ċ-CHOGM u l-Valletta Summit, is-suldat dejjem ħadem bil-qalb għal pajjiżu.” 

    Dan saħqu l-Kaptan Aldo Borg, Viċi President tal-Armed Forces Union (AFU) affiljata fil-General Workers’ Union (GWU) f’intervista li saritlu ma’ IT-TORĊA. 

    Wara sena mit-twaqqif tal-AFU, Aldo Borg jistqarr li ma kinitx ħaġa faċli li tfiehem lis-suldati u lill-amministrazzjoni li issa hemm xi ħadd li qiegħed jissalvagwardja d-drittijiet tas-suldat u li jista’ jwassal l-ilmenti tagħhom mal-istess amministrazzjoni u mal-istess Gvern li tahom dan id-dritt.

    Huwa semma kif matul din is-sena sar ħafna xogħol min-naħa tal-AFU fejn fost oħrajn saru diversi laqgħat uffiċjali mal-amministrazzjoni tal-FAM fejn hemm ressqu l-ilmenti tal-membri tagħhom kif ukoll proposti konkreti biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. 

    Il-Viċi President tal-AFU semma wkoll kif matul din is-sena saru laqgħat importanti mal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fejn l-AFU spjegat il-proposti tagħna speċjalment dawk marbuta mal-pensjoni u titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. 

    Aqra l-intervista sħiħa f’IT-TORĊA ta’ għada.

    Ritratt u filmat: Andrea Sacco Baldacchino