Juan Jesus jingħaqad ma' AS Roma

    Id-difensur internazzjonali Brażiljan ta’ Inter, Juan Jesus, ingħaqad b’self ma’ Roma hekk kif il-bieraħ huwa ingħaqad ma’ sħabu l-ġodda f'Pinzolo.

    Il-club ta' Roma ħabbru dan it-trasferiment fuq il-website uffiċjali tal-club: "Roma jikkonfermaw li Juan Jesus ingħaqad mal-club b'self mingħand Inter.”

    Roma ħallsu €2 miljun għal staġun wieħed, b'obbligu li jinxtara għas-somma ta' €8 miljuni jekk dan il-player jilgħab ċertu numru ta' logħbiet għall-Giallorossi.

    "Ninsab verament kuntent li ngħaqadt ma’ dan il-club kbir u ninsab ħerqan sakemm nibda ma' dan il-club. Inwiegħed lill-partitarji li ser nagħti kollox għal club ta' Roma."