Vegan chocolate chip bites

    Ingredjenti:

    kikkra cashew nuts

    nofs kikkra ħafur

    niskata melħ

    1/4 ta' kuċċarina kannella

    2 mgħaref maple syrup

    mgħarfa stevia

    1/3 ta' kikkra ċikkulata

    Metodu:

    Iksi dixx tal-forn bil-karta forn. Ġo skutella poġġi l-cashew nuts, il-ħafur, il-melħ u l-

    kannella u itħanhom b'mixer tal-elettriku. Titħanx iżżejjed - biżżejjed kemm il-ingredjenti jinkisru sew. Żid il-maple syrup u l-vanilla mat-taħlita. Ħawwad sakemm tifforma ballun.

    Poġġi t-taħlita ġo skutella żgħira u żid iċ-chocolate chips. Uża żewġ mgħaref biex tqassam it-taħlita fi 12-il ballun. Uża jdejk biex trembel il-blalen blalen. Poġġihom fuq il-karta forn u aħżinhom fil-friġġ jew friża.

    Jekk ma jogħġbukx iċ-chocolate chips, uża l-frott niexef jew il-lewż minflok.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com