Tiramis├╣ Sundaes

    Ingredjenti:

    kikkra kafè

    6 gallettini savoiardi bla glutina

    2 kikkri ġelat tal-vanilla bla glutina

    200g ċikkulata skura maħkuka

    100g ċirasa biex iżżejjen

    grokk liqueur favorit tiegħek

    Metodu:

    Oħroġ il-ġelat mill-friża u ħallih jirtab ftit mingħajr ma jinħall. Aqsam kull gallettina f'żewġ biċċiet u billhom fil-kafè mħallat mal-grokk favorit tiegħek.

    Poġġi l-gallettini fil-qiegħ tas-sundae glasses. Ħawwad il-ġelat b'mgħarfa u żid nofs iċ-ċikkulata maħkuka. Poġġi t-taħlita fuq il-gallettini bil-

    kafè.

    Żejjen il-wiċċ biċ-ċikkulata.

    Din hija riċetta ta' Lea Hogg. Tistgħu ssegwu lil Lea kuljum fuq Smash TV, f'xandira diretta fl-4.10pm u repetizzjonijiet fl-10.00am u fid-9.00pm. Ir-riċetti bl-Ingliż jinsabu fuq il-blog ta' Lea www.goodfoodeveryday.wordpress.com